Kim Camilleri Lagana' rrappreżentat lil Malta fil-Kampjonat Dinji taż-Żgħażagħ tal-IWF f’Durres Albanija.
Din kienet opportunità mill-aqwa għaliha li ta’ 14-il sena biss ikkompetiet kontra atleti ta' 17-il sena.
Hija kkompetiet fil-kategorija ta’ 45kg A. B’bidu tajjeb fir-refa' Snatch 55kilo għall-ewwel tentattiv tagħha. It-tieni tentattiv tagħha ta` 57kilo u t-tielet 58kilo sfortunatament ma kienux ta' suċċess peress li sabet problema biex problema biex izzomm il-piz.
Fil-Clean and Jerk bdiet aktar b’saħħitha u refgħet b`suċċess 71kilo, din il-refa' kienet biżżejjed għaliha biex tirbaħ kontra Spanja u l-Ġappun. Fit-ztieni tentattiv tagħha marret għal 74kilo tipprova tirbaħ kontra l-Ukrajna iżda wara `clean` ta’ suċċess, sfortunatament falliet għal ftit il-Jerk.
Issa l-atleta se tkompli bil-preparazzjoni tagħha biex tikkompeti fil-kampjonati Ewropej ta’ taħt il-15-il sena f’Ġunju li ġej fil-Moldova.
Dawn il-kompetizzjonijiet mhumiex possibbli mingħajr l-assistenza mill-Kumitat Olimpiku Malti u SportMalta.