Fl-aħħar jiem , kif imħabbar fil-baġit , twaqqfet l-Malta Laboratories Network fi ħdan il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili.
Bħala l-ewwel pass ġie ffirmat memorandum of understanding biex il-Gvern juża l-laboratorji tal-korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għal xogħol xjentifiku.
Ic-chairman tal-Malta Laboratories Network Anthony Serracino Inglott semma ftit mix-xogħol li se jiġi annalizat fil-laboratorji tal-korporazzjoni, fosthom prodotti tal-ikel.
Il-ftehim seta’ jintlaħaq wara li fl-aħħar xhur il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma investit madwar €1.5 miljun f’tagħmir ġdid .
Il-kap eżekuttiv tal-korporazzjoni, Charles Brincat, qal li permezz ta’ dan l-investiment l-korporazzjoni tista’ taħdem fuq proġetti oħra.
Permezz ta’ dan il-ftehim il-gvern se jkun jiffranka ħafna flus minħabba li qabel kif juża l-laboratorji ta’ barra minn Malta għal ħafna xogħol xjentifiku.
Għaldaqstant il-Ministru Helena Dalli qalet li dan l-investiment huwa eżempju ċar ta’ kemm il-Gvern qed jinvesti aktar fir-riżorsi li għandu l-pajjiżna u fix-xjentisti maltin.
Segwi l-kummenti ta’ Charles Brincat
https://www.youtube.com/watch?v=5Bf1qFAR-D4