Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar kif fl-ambjent hemm il-kunflitt anke fuq l-użu tal-art. Dan qalu fil-Gudja fejn b’referenza lejn id-diskussjoni dwar estensjoni ta’ żona industrijali, f’Bulebel, iż-Żejtun qal:“Qed noqorbu għal soluzzjoni. Sa issa diġa’ qed naslu għal soluzzjoni li nieħdu biċċa ta’ dik l-art u wied iż-żrinġ mhux se jintmiss. Jekk insibu soluzzjoni aħjar imorru għaliha,” sostna Joseph Muscat li aċċenna wkoll dwar kif il-moviment li jmexxi hu, għandu pożizzjoni ċara.