Il-poplu Skaliż ma jistax ma jagħtix merħba lill-Prim Ministru Robert Abela, għax għamel ħafna għal Wied il-Għajn. Dan saħqu s-Sindku tal-istess lokal, Mario Calleja, f’kummenti ma’ dan l-istazzjon, b’antiċipazzjoni għall-attività politika tal-Partit Laburista li se tittella’ nhar il-Ħadd li ġej fis-sala taċ-ċentru Inspire.
Calleja nnota l-istennija mill-Iskaliżi għal din l-attività l-Ħadd filgħodu, filwaqt li elenka kif il-ħidma tal-Gvern f’Wied il-Għajn hi r-raġuni primarja għaliex wieħed għandu jattendi għall-attività tal-Partit Laburista.
“Jekk wieħed isemmi biss l-art li ngħatat lura anke tal-Aquatech biex anke hemmhekk ikollna dan il-proġett anke sportiv, nistgħu mmorru wkoll għat-trasformazzjoni tal-impjant ta’ riċiklaġġ li ġej proġett massiv li jiswa mal-ħamsa u ħamsin miljun. Meta weħed jara dawn l-affarijiet, Marsaskala aħna dejjem iggwadanjajna, ma tista’ qatt inti, li ġej il-Prim Ministru nhar il-Ħadd, u ma nagħtuhx anke merħba tajba.”
Is-Sindku Mario Calleja
Is-Sindku ta’ Wied il-Għajn temm jappella lill-pubbliku inġenerali biex nhar il-Ħadd jattendi bi ħġaru għal din l-attività politika mill-għaxra u nofs ta’ filgħodu ’l quddiem.