Wiċċ ir-Re Charles Tlieta mhux se jkun fuq il-karta tal-ħames dollari Awstraljani minflok id-disinn attwali b’wiċċ ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni. Ħabbar dan il-Bank Ċentrali Awstraljan.
Fil-fatt, qal li d-disinn il-ġdid se jkun qed jagħti ġih il-kultura u l-istorja tal-Ewwel Awstraljani.
Din id-deċiżjoni tal-Bord tal-Bank tar-Riżerva ssegwi konsultazzjoni mal-gvern Awstraljan, li wkoll qed jappoġġja din il-bidla.
Il-karta tal-ħames dollari Awstraljani se tieħu numru ta’ snin sabiex tiġi ddisinjata u anke stampata. Il-Bank qal li għalissa se tibqa’ stampata l-karta attwali u se tibqa’ fiċ-ċirkulazzjoni anke meta jibda d-disinn il-ġdid.
Din il-bidla qed issir wara li l-mewt tar-Reġina s-sena li għaddiet qanqal dibattiti dwar il-futur tal-Awstralja bħala monarkija kostituzzjonali.
Ritratt: Daniel Leal/AFP via Getty Image