Ir-Royal Mint żvelat disinn ġdid tal-minuta ta’ ħames sterlina b’wiċċ il-Prinċep William fl-okkażjoni t’għeluq l-40 sena.
Din hija l-ewwel darba li persuna fit-tieni post għat-tron dehret weħidha fuq munita uffiċjali. Bħalissa l-Prinċep William huwa t-tieni persuna bi dritt għat-tron wara missieru l-Prinċep Charles.
Biswitt wiċċ il-Prinċep jidhru n-numru erbgħin li jirrapreżenta għeluq l-erbgħin sena li l-Prinċep William mistenni jagħlaq fil-21 ta’ Ġunju li ġej. Fuq in-naħa l-oħra, l-munita qed tinkorpora l-ittra ‘W’ għal ismu.
Din ġiet iddisinjata minn Thomas Docherty filwaqt li l-faċċata l-oħra tal-munita ser tkun qed turi lir-Reġina Eliżabetta II fuq id-disinn ta’ Jody Clark.
Il-Prinċep William deher fuq munita uffiċjali lura fl-2011 li kienet ikkommemorat it-tieġ tiegħu flimkien mad-Dukessa ta’ Cambridge Kate Middleton.