Il-prodotti tal-Benna issa għandhom dehra ġdida.
F’serata biex timmarka din l-okkażjoni, ġie ppreżentat il-logo il-ġdid tal-kumpanija; l-introduzzjoni tal-kunċett “Farmer Owned – Quality Guarantee” li jiggarantixxi l-kwalità tal-prodotti Benna; kif ukoll dehra ġdida u friska għall-prodotti tal-Benna, fosthom l-introduzzjoni tat-tapp fuq il-kartun tal-ħalib għal użu iktar konvenjenti, u prodott iktar frisk.
Il-kumpanija ppreżentati ukoll prodotti ġodda, fosthom Butir Pur; ġobon Malti, irkotta Friska, anke bla lattosju għal dawk li jagħmlilhom ħsara l-ħalib normali.
Bħala parti minn programm kontinwu ta’ investiment kapitali, li diġà laħaq madwar 17-il miljun ewro fl-aħħar għaxar snin, Malta Dairy Products ħabbret investiment kapitali ieħor ta’ tliet miljun ewro f’aktar impjanti u makkinarji. Proċess li se jagħti lok lill-kumpanija tkompli tipproduċi prodotti ta’ kwalità għolja u tidħol fi swieq ġodda.