Jibda x-xogħol biex Triq il-Kanun Santa Venera tingħatha wiċċ ġdid. Ilejla fit-20:00, kuntrattur ta’ Transport Malta se jibda jaqla’ wiċċ Triq il-Kanun Santa Venera, biex wara jsirilha wieħed ġdid. Ix-xogħol se jibqa’ għaddej sal-05:00 ta’ filgħodu u t-triq tinfetaħ matul il-ġurnata biex ix-xogħol jerġa jkompli matul il-lejl ta’ wara. Għada, għal darb’oħra, partijiet mit-triq se jkunu magħluqa bejn it-20:00 u l-05:00 ta’ filgħodu.
Mhux se jkun hemm aċċess għall-vetturi kollha, inklużi dawk tat-trasport pubbliku, minn naħa tal-kwartieri tal-Bank of Valletta waqt li jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet. Partijiet oħra tat-triq jingħalqu skont l-esiġenza tax-xogħol. Filwaqt li nsikużaw ruħna tal-inkonvejent, nappellaw lis-sewwieqa biex isibu rotot alternattivi, isegwu s-sinjali temporanji tat-traffiku u jsuqu bil-galbu.