Infrastructure Malta se tkun qed tiksi mill-ġdid parti minn Triq Sant’ Andrija, bejn Pembroke, is-Swieqi u San Ġiljan.
Ħabbret dan fuq l-aġenzija Infrastructure Malta fuq Facebook, fejn qalet li x-xogħol se jsir f’ħames iljieli bejn it-Tlieta 12 ta’ Lulju sat-Tnejn 18 ta’ Lulju, bejn it-tmienja ta’ filgħaxija sal-ħamsa ta’ filgħodu. L-aġenzija qalet li x-xogħlijiet mhux se jsiru s-Sibt bil-lejl.
Infrastructure Malta qalet kif din it-triq se ssir wara li l-aġenzija bniet spralli ġodda għall-ilma tax-xita.
L-aġenzija qalet ukoll kif it-triq se tkun magħluqa miż-żewġ direzzjonijiet, bejn kantuniera ma’ Triq Normandy f’Pembroke u kantuniera mal-junction ta’ Paceville.