Telespettatriċi tal-programm tikkuntatja lit-tim b’problema ferm stramba. Din it-tfajla turi lill-investigaturi paranormali u lill-preżentatriċi s-santa tal-mejtin ta’ missierha, li jkun miet ftit ġimgħat qabel. Il-problema tkun li wiċċ missierha fuq is-santa jkun inbidel, hekk kif is-santa tkun qed turi wiċċ ta’ raġel li t-tfajla qatt ma tkun rat qabel. Minbarra hekk, il-ħajja tal-investigaturi paranormali Kylie u Vincent tinqaleb ta’ taħt fuq meta membru tal-familja qrib tagħhom jinqalagħlu xi ħaġa.
Fl-episodju ta’ din il-ġimgħa jieħdu sehem Claire Marie Busuttil, Clayton Pace, Ruth Frendo, Patrick Tanti, Henry Zammit Cordina, Ishmael Galea u Mardy Farrugia. B’kitba u direzzjoni ta’ Ruth Frendo, il-produzzjoni hi ta’ Pro.Motion Limited. Dan il-proġett hu megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.
Ara l-promozzjoni tal-episodju ta’ din il-ġimgħa: