Whistleblower jiddeskrivi l-immaniġjar tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit dwar l-evakwazzjoni mill-Afganistan, bħala waħda kaotika.
Huwa qal li l-proċess tal-għażla ta’ min jiġi evakwat kien bla pjan, filwaqt li eluf ta’ emails b’talbiet għall-għajnuna lanqas biss infetħu.
Intant, kelliem għall-gvern qal li l-ħaddiema fl-uffiċċju ħadmu bla heda b’rabta mal-akbar evakwazzjoni li qatt saret fi żmien riċenti.
Sors qrib il-Ministru Dominic Raab qal li l-proċess tal-identifikazzjoni tal-persuni u l-ivjaġġar sigur kien aktar ta’ sfida li ħa fit-tul milli t-teħid tad-deċiżjonijiet.
Ir-Renju Unit evakwa 15-il elf persuna mill-Afganistan fil-perjodu li t-Taliban reġa’ ħa l-kontroll tal-pajjiż. 5,000 ċittadin Brittaniku, u l-kumplament Afgani fosthom 2,000 tifel u tifla.