Il-WhatsApp mhux se jħallik ixxerred l-istess messaġġ għal aktar minn ħames darbiet, bħala tentattiv biex ma jinxterdux aħbarijiet foloz.
Il-kumpanija, li riċenti nxtrat mill-fundaturi ta’ Facebook, introduċiet dan il-kunċett għall-ewwel darba fl-Indja sitt xhur ilu.
S’issa, dawk li jużaw WhatsApp setgħu jibagħtu l-istess messaġġ għal aktar minn 20 darba, iżda l-kumapnija ddeċidiet li tieħu azzjoni wara li bosta dawru l-kanuni fuqha minħabba t-tixrid ta’ fake news.
“Minn meta ntroduċejna dan il-kunċett, ratjna tnaqqis ta’ messaġġi riċiklati (forwarded) madwar id-dinja kollha. Dan se jgħin biex il-kunċett ta’ WhatsApp jibqa’ wieħed ġenwin- li wieħed iżomm kuntatt ma’ dawk qrib tiegħu”, qal kelliem għall-kumpanija mal-midja.