L-applikazzjoni Whatsapp tefgħet restrizzjonijiet stretti fuq messaġġi li jiġu mxerrda msejħa bħala ‘forwarded messages’ dan bil-għan li twaqqaf miżinformazzjoni jew aħbarijiet foloz relatati mal-Coronavirus.
Bis-seħħ mill-lum, messaġġi li l-applikazzjoni taħseb li huwa meqjusa bħala ‘forwarded messages’ ser jkunu jistgħu jiġu mxerrda b’limitazzjoni ta’ darba biss għal kull konversazzjoni.
“Frequent forwards” huma messaġġi li jkunu ġew mxerrda ħames darbiet u jkunu mmarkati b’żewġ vleġġeġ sabiex juru li mhumiex l-oriġinali.
Din mhix l-ewwel darba li Whatsapp tefgħet restrizzjonijiet ta’ din ix-xorta. L-aħħar li seħħet kienet fl-2018 fl-Indja fejn eventwalment ġiet imposta fil-kumplament tad-dinja sitt xhur wara.