Eluf ta’ persuni dalgħodu qamu bi problema fl-app tal-Whatsapp hekk kif ma setgħux jibgħatu messaġġi lil min riedu.
Dan hekk kif meta bdew jippruvaw jidħlu fl-app, din bdiet turi li għadha qed taqbad.
Kienu bosta li lmentaw fuq pjattaformi diversi, fosthom fuq Twitter. Skont DownDetector, sit li jidentifika apps li jkollhom problemi, fejn dan wera li l-problema laqtet bosta fl-Ewropa iżda apparti minn hekk jidher li din il-problema hi ukoll globali.
Persuni fl-Indja, f’Singapore, f’Mozambique, fil-Vjetnam u minn bosta pajjiżi oħra ġew affettwati.
Għadu mhux magħruf jekk kienx hemm persuni f’Malta li ntlaqtu minn din il-problema teknika.