Hija il-ħolma ta’ kull pajjiż li jispiċċa b’surplus ta ‘l fuq minn mitt miljun ewro kif filfatt għamlet Malta fl-2016.
Stqarret dan, bl-ikbar sodisfazzjon, il-President tal-Assoċċjazzjoni Maltija għal Min iħaddem, l-MEA, Doris Sammut Bonnici.
Dan hu riżultat li kien ix-xewqa ta’ kull min ried li l-ħaddiema Maltin ikollhom klima promettenti fejn huma jistgħu javvanzaw.