Il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija jivvotaw dwar l-abbozz li fassal il-Prim Ministru Boris Johnson dwar Brexit nhar il-Ġimgħa li ġej. Uffiċjal minn Downing Street ikkonferma dan mal-midja Ingliża t-Tnejn waranofsinhar, hekk kif hija x-xewqa ta’ Westminster li jinbeda l-proċess qabel żmien il-festi kif inhu ġust.L-abbozz li dwaru se jittieħed il-vot jorbot lir-Renju Unit li jrid joħroġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Jannar li ġej.
Dan se jkun l-ewwel vot fil-Parlament Ingliż wara l-elezzjoni ġenerali tal-Ħamis li għadda, fejn il-Partit Konservattiv kiseb maġġoranza ta’ tmenin siġġu fuq il-Partit Laburista.
Hu mifhum ukoll li l-Prim Ministru Johnson mistenni jħabbar reshuffle fil-kabinett tiegħu fil-jiem li ġejjin.