Il-Kaniċillier Ingliż Philip Hammond qal li l-era ta’ awsterità wasslet biex tintemm hekk kif ħabbar l-aktar budget sostenibbli għar-Renju Unit mill-2010.
Dan kien l-aħħar budget qabel Brexit, fejn il-House of Commons f’Westminser laqgħet l-aħbar li l-ekonomija Ingliża mistennija tikber, skont dak imbassar għas-sena d-dieħla.
Hammond qal li l-pjanijiet tiegħu għar-Renju Unit se jwasslu għal futur aħjar għall-poplu Brittaniku, hekk kif il-bżulija tiegħu pattiet għall-kriżi finanzjarja tal-aħħar snin.
Intant, il-Partit Laburista Ingliż qal li l-budget imħabbar mill-kanċillier huwa fjakk u mhux b’saħħtu biżżejjed biex iwitti t-triq ‘il quddiem għall-Ingilterra.