Il-Ministru tal-Finanzi, il-Professur Edward Scicluna, illum inawgura l-uffiċċju l-ġdid ta’ Western Union Business Solutions fil-W Business Centre f’Birkirkara. Bħala wieħed mill-fornituri ewlenin fid-dinja ta’ ħlasijiet tan-negozju cross-border, Western Union Business Solutions jgħin lin-negozji ta’ kull daqs sabiex dawn jamministraw il-pagamenti internazzjonali tagħhom l-fluss ta’ flushom.Bin-numru tal-persunal li kiber għal ħamsa u għoxrin impjegat matul is-sena li għaddiet, il-bini l-ġdid jipprovdi ambjent tax-xogħol imtejjeb għat-tim, u jipprovdi spazju għal tkabbir fil-futur. Ir-rilokazzjoni tippermetti wkoll lill-kumpanija biex tkompli bl-impenn tagħha sabiex tnaqqas il-marka ambjentali tagħha billi ssegwi tliet prinċipji: naqqas, irriċikla u utiliżża mill-ġdid. Kull impjegat huwa mħeġġeġ li jaġixxi b’mod responsabbli biex juri li l-Western Union turi interess fl-impatt ambjentali li għandha bħala kumpanija. Fost il-karatteristiċi tal-bini hemm faċċati bil-ħġieġ double glazed, dwal li jiffrankaw l-enerġija u faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-kartun u l-materjali tal-plastik.
Attendew ukoll għall-inawgurazzjoni tal-bini l-ġdid Christian Traversini, Direttur tan-Nofsinhar ta’ l-Ewropa, Frederic Simon u l-Ministru tal-Finanzi, il-Professur Edward Scicluna.