Ninsabu infurmati li matul il-lejl mara li welldet fl-ibħra mhux bogħod minn pajjiżna iddaħħlet f’pajjiżna flimkien mat-tarbija tagħha.
Jidher li ddaħħlet pajjiżna bħala evakwazzjoni medika. Jidher li fil-mumenti li ġejjin mistennija jiddaħħlu pajjiżna wkoll ir-raġel tagħha, u ż-żewġ ulied oħra tagħhom.
Kollox jindika li dawn kienu jinsabu f’dgħajsa tal-immigranti fi triqithom lejn l-Ewropa. Id-destinazzjoni aħħarija tal-bqija tal-immigranti għadha mhijiex magħrufa.