Il-weightlifter maltija Tenishia Thornton għamlet pass ieħor importanti fit-tentattiv tagħha li tikkwalifika għal-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi.
Dan hekk kif il-Ġimgħa wara nofs-in nhar, Thornton spiċċat fil-ħames post fil-kategorija tagħha waqt it-Tazza tad-Dinja IWF f’Phuket it-Tajlandja.
Għal Thonton din kienet l-aħħar kompetizzjoni ta’ kwalifikazzjoni għal-Logħob Olimpiku.
Tenishia Thornton ħadet sehem fil-kategorija 64kg. Hija kellha lifts ta’ 84kg, 87kg u 90kg fl-iSnatch, filwaqt li fil-Clean and Jerk għamlet 104kg, 109kg u 111kg rispettivament. Hija temmet fil-ħames post overall.
Thornton issa trid tistenna li jipiċċaw il-kompetizzjonijiet kollha fi tmiem il-ġimgħa sabiex tkun taf jekk għamlitiex mal-aqwa għaxra, li allura jikkwalifikaw għal-Logħob Olimpiku tas-sajf li ġej.