Fi tmiem il-ġimgħa il-weightlifters Tenishia Thornton u Kim Camilleri Lagana se jikkompetu fil-French Cup f’Pariġi bħala parti mill-preparazzjoni tagħhom ghall-kompetizzjonijiet li jmisshom fil-ġimgħat li ġejjin.
Wara l-French Cup, Kim Camilleri Lagana (ritratt fuq) se tieħu sehem fil-Youth World Championships f’Durres l-Albanija fil-25 ta’ Marzu.
Min-naħa tagħha Tenishia Thornton se tkun qed tikkompeti fil-European Championships f’Yerevan, l-Armenja fis 17 ta’ April li ġej. Din il-kompetizzjoni se tkun it-tieni kompetizzjoni ta’ kwalifikazzjoni għal-logħob olimpiku.
Fl-IWF Olympic Rankings Thornton tinsab fil-31 post fil-kategorija 59kg.