Il-weightlifter żagħżugħa maltija Tenishia Thornton kienet fl-azzjoni fl-IWF Junior World Championships li qed isiru f’León Spanja. Thornton ħadet sehem fil-kategorija 64A.
Fl-Snatch hija kellha refa’ ta’ 85kg, tilfet it-tieni refa’ li kienet ta’ 88kg iżda mbgħad irnexxielha tagħmel it-tielet tentattiv ta’ 88kg.
Fil-Clean and Jerk, Thornton tilfet ir-refa’ ta’ 106kg minħabba wġiegħ addominali. Hija pero għamlet rimonta u fit-tieni tentattiv irnexxielha tagħmel il-106kg. Fit-tielet tentattiv Thornton għamlet 1kg iktar mir-rivali tagħha taljana biex kellha refa’ ta’ 109kg.
Tenishia spiċċat b’total ta’ 197kg u temmet fl-għaxar post fil-world rankings.
Għada t-Tnejn jidħol fl-azzjoni weightlifter ieħor malti, Rylee Borg. Huwa jikkompeti fid-9am.