Kim Camilleri Lagana irnexxiela tasal mal-aqwa għaxra fid-dinja waqt l-IWF World Junior Championships fi Guadalajara, l-Messiku.
Camilleri Lagana ikkompetiet fil-kategorija 45kg. Hija kellha refa’ ta’ 56kg u wara 58kg fl-isnatch. Madanakollu tilfet l-aħħar tentattiv ta’ 59kg.
Fil-Clean and Jerk, Kim bdiet bi 72kg segwiet minn 75kg. Sfortunatament it-tielet tentattiv ta’ 77kg ma rnexxiliex tagħmlu.
Hija kienet qe tikkompeti kontra weightlifters minn pajjiżi bħal Messiku, Chinese Taipei, Ukrajna, Spanja u Rumanija.
Kim għad għandha 15-il sena u kienet l-iżgħar parteċipanta. Hija spiċċat mal-aqwa għaxra b’total ta’ 133kg.
Fl-istess kampjonati tad-dinja se jkunu qe djieħdu sehem Tenishia Thornton u Rylee Borġ. Tenishia tikkompeti fit-18 ta’ Novembru u Rylee fid-19.