L-Ghaqda Maltija tal-Weightlifting organiżżat l-ewwel kompetizzjoni għar-rakings għal din is-sena. Spikka l-ammont ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ li issa qabeż lil tal-kbar bi kważi d-doppju.
Il-kategorija kadetti kienet iddominata mill-atleti ta’ 11-il sena Julia Grima u Nathan Mifsud. Grima temmet il-kompetizzjoni bi 48kilo fil-snatch u 60kilo fil-clean & jerk fil-kategorija tal-55kilo. L-atleta tal-Skola nazzjonali tal-iSport (NSS), Nathan Mifsud, spiċċa b’36kilo fil-snatch u 50kilo fil-clean & jerk b’piż ta’ 38kilo.
L-ispettaklu fil-kompetizzjoni tal-kategorija taż-żgħażagħ, fejn hemm l-ogħla livell kemm tal-atleti kif ukoll tat-talent, insteraq minn Tenishia Thornton. Ta’ 16-il sena, l-atleta issa meqjusa veterana fl-isport, għandha rekords ġodda fil-clean & jerk u totali fil-kategorija ta’ 59kilo. Wara li spiċċat il snatch b’aħjar ugwali f’77kilo, kompliet il clean & jerk 93, 96 u 98kilo b’suċċess. Kemm it-tieni kif ukoll it-tielet clean & jerks tagħha kienu tajbin biżżejjed għar-rekords nazzjonali, u fisser ukoll li t-totali tagħha ta’ 173 u 175kilo kienu tajbin biżżejjed għal rekords ġodda wkoll.
Thornton se jkollha sena impenjattiva ħafna quddiemha, bil-kampjonati tad-dinja taż-Żgħażagħ u tal-Juniors kemm Ewropej kif ukoll Dinjija (fost l-oħrajn) u dawn ser ikunu kompetittivi ħafna għall-istilla li qed tikber.
Rizultati oħra fil-kategoriji taż-żgħażagħ ġew minn Kim Camilleri Lagana, li qabżet ukoll l-aqwa riżultat tagħha, meta għamlet 45kilo fil-snatch u spiċċat b’59kilo fil-clean & jerk fil-kategorija 45kg.
Aaliyah Gatt irnexxielha wkoll tagħmel riżultat mill-aqwa fl-istess kategorija fejn għamlet 40kilo fil-snatch u clean & jerk 55kilo segwita minn Kaya Curmi Inguanez, 38kilo snatch u 54kilo clean&jerk.
Rylee Borg, l-atleta li ilu fix-xena tal-weightlifting sa minn meta kellu 5 snin, irnexxielu jżomm riżultat kbir wara s-suċċess tiegħu fl-open tal-Ingilterra x-xahar li għadda. Huwa rnexxielu jispiċċa din il-kompetizzjoni bi 92kilo snatch u 107kilo fil-clean & jerk.
Riżultat tajjeb wasal minn Luke Treebyward b’80kilo snatch u 100kilo clean & jerk.
Is-Sibt inkludew ukoll diversi atleti li jipparteċipaw fil-programm tal weightlifting fi ‘SportMalta @onthemove’.
Il-Ħadd, l-aqwa riżultat tal-kbar ġie minn Anton Micallef li kkompeta fil-kategorija 89kilo. Micallef irnexxielu jaghmel rekord nazzjonali ġdid ta’ 120kilo, titjib ta’ 3kilo fuq l-aħjar snatch tiegħu stess u 1kilo fuq ir-rekord nazzjonali preċedenti f’din il-klassi ta’ piż. Huwa kompla l-clean& jerk 142kilo fl-ewwel tentattiv tiegħu, iżda sfortunatament falla t-2 u t-3 tentattivi. It-total ta’ 262kilo tiegħu huwa 7kilo aħjar mill-aqwa tiegħu.
Matthew Abela ghamel ukoll l-aħjar personali u spiċċa b’90kilo fil-snatch u 110kilo fil-clean&jerk fil-kategorija 81kilo.
Rizultati ferm tajba ġew minn Shaun Cinatar li spiċċa b’total ta’ 214kilo u Rodmar Pulis li spiċċa b’total ta’ 224kilo.
Fil-kategorija tan-nisa l-aħjar weightlifter kienet Rebecca Falzon li rebħet din is-sezzjoni.
Fl-aħħar tax-xahar titħabbar il-lista finali għal-Logħob tal-Commonwealth u għalhekk imbagħad se jitħabbar il-kontinġent malti għall-weightlifting f’dan il-logħob.
Barra minn hekk, il-Logħob tal-Mediterran, il-Kampjonati Ewropej tal-kbar, il-Kampjonati Ewropej u Mondjali taż-Żgħażagħ u tal-Juniors fost bosta oħrajn huma kollha kompetizzjonijiet li l-atleti magħżula se jkunu qed iħejju għal din is-sena taħt l-għajnejn tal-kowċ tat-tim nazzjonali u president tal-MWA Jesmond Caruana.
Tajjeb ngħidu li, wara sentejn ta’ avvenimenti kkanċellati u posposti minħabba l-pandemija tal-COVID, il-weightlifters tagħna se jkollhom sena siewja f’termini ta’ parteċipazzjoni internazzjonali.