Il-Malta Weightlifting organizzat il-premjijiet annwali biex tonora l-aktar atleti ta’ suċċess tas-sena 2022.
Il-premjijiet għall-atleti ta’ l-ogħla klassifikati ġew ippreżentati fost oħrajn lil Tenisha Thornon li rċeviet il-premju Diamond talli laħqet 104.23% fil-klassifika internazzjonali, dan huwa l-ogħla premju li jista’ jintlaħaq fir-rankings tal-MWA.
Kim Camilleri Lagana rċeviet il-Premju tad-Deheb b’92.93%.
Il-premju tal-Bronz intlaħaq minn Kaya Curmi Inguanez 83.27%, Yazmin Zammit Stevens 82.70%, Aaliyah Gatt 82.48%, Roberta Tabone 80.47% u Rylee Borg 78.15%. Anton Micallef laħaq il-livell A b’72.32%.
Tenisha Thornton irċeviet ukoll il-premju ta’ (Achievment) billi waqqfet 144 rekord nazzjonali fl-2022 segwita minn Rylee Borg b’69 rekord u Kim Camilleri Lagana bi 12-il rekord nazzjonali.
Il-premjijiet (Most Improvement) ġew ippreżentati lil Kaya Curmi Inguanez bi 33.55 punti segwita minn Mariah Grima 30.47 punti u Michaela Bugeja 27.26 punti.
Rheanna Briffa rċeviet il-Most Improvement New-Comer b’34.79 punti.
Tenishia Thornton rċeviet il-premju ta’ rikonoxximent għall-aqwa 10 kompetizzjonijiet internazzjonali tagħha matul l-2022. Ċertifikati ta’ (Accomplishment) ġew ippreżentati lil Nathan Mifsud Cadet, Kaya Curmi Inguanez U-15, Mariah Bugeja, Mariah Grima, Tenishia Thornton U-17.