Żewġ suċċessi oħra mill-weightlifters maltin Rylee Borġ u Kim Camilleri Lagana din id-darba waqt il-Festival Olimpiku għaż-Żgħażagħ Ewropej li għaddej f’Maribor is-Slovenja.
Kim Camilleri Lagana’ spiċċat fit-tieni post tal-kategorija tagħha b’total ta’ 210 punti. Kompetizzjoni li ntrebħet minn Chiara Reljac tal-Kroazja.
Min-naħa tiegħu Rylee Borġ spiċċa fit-tielet post fil-kategorija tiegħu. Borġ tella’ total ta’ 303 punti. Janez Paternoster tas-Slovenja u Gabor Bunasz tal-Ungerija spiċċaw fl-ewwel u t-tieni post rispettivament.
Camilleri Lagana u Borġ kienu akkumpanjati mill-ufficjali u kowċis tal-Federazzjoni Maltija tal-Weightlifting Matthew Camilleri u Rodmar Pulis.