Weightlifters maltin spikkaw waqt is-46 edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar u fl-Open ta’ Malta li saru fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fiċ-ċentru ġdid tal-isport fil-Marsa.
B’kollox ħadu sehem madwar 150 parteċipant minn 15-il pajjiż differenti.
Tenishia Thornton, kellha 89kg fis-Snatch u 113kg fil-Clean & Jerk, b’total ta’ 260 punt. Hija kissret numru ta’ rekords nazzjonali.
Roberta Tabone għamlet l-akbar refa’ personali ta’ 86kg fis-Snatch u 110kg fil-Clean & Jerk, b’total ta’ 245 punt.
Rylee Borg, kellu refa’ ta’ 130kg fis-Snatch u 156kg fil-Clean & Jerk, b’total ta’ 350 punt. Huwa kiser bosta rekords nazzjonali.
Vlad Baldacchino kellu refa’ ta’ 134kg fis-Snatch u 161kg fil-Clean & Jerk, b’total ta’ 340 punt.
Il-weightlifter ta’ 15-il sena Nathan Mifsud kellu refa’ ta’ 88kg fis-Snatch u 103kg fil-Clean & Jerk, b’total ta’ 305 punti u anke rekords nazzjonali ġodda.
Kim Camilleri Lagana kellha refa’ ta’ 71kg fis-Snatch u 92kg fil-Clean & Jerk, b’total ta’ 240 punt.
Riżultati: European Small Nations Championships
- Individual Juniors:
- 1st Overall: Tenishia Thornton and Rylee Borg
- 2nd Overall: Kim Camilleri Lagana
- 3rd Overall: Nathan Mifsud
- Doubles Juniors:
- 1st Overall: Tenishia Thornton & Rylee Borg
- Individual Seniors:
- 3rd Overall: Tenishia Thornton and Rylee Borg
- Doubles Seniors:
- 2nd Overall: Tenishia Thornton & Roberta Tabone
- 3rd Overall: Vlad Baldacchino & Rylee Borg
- Team Event:
- 2nd Overall: Thornton, Tabone, Baldacchino, and Borg
Riżultati: International Open Championships
- Individual Youth:
- 1st Overall: Kim Camilleri Lagana
- 2nd Overall: Nathan Mifsud
- Doubles Youth:
- 1st Overall: Nathan Mifsud & Kim Camilleri Lagana
- Individual Seniors:
- 3rd Overall: Tenishia Thornton
- Doubles Seniors:
- 2nd Overall: Tenishia Thornton & Roberta Tabone
- 3rd Overall: Vlad Baldacchino & Rylee Borg
- Team Event:
- 1st Overall: Thornton, Tabone, Baldacchino, Borg, Camilleri Lagana, and Mifsud





