Ikomplu r-riżultati pożittivi minn weightlifters żgħażagħ lokali hekk kif fi tmiem il-ġimgħa kienu impenjati f’avveniment f’Londra.
Tenishia Thornton kisbet l-ewwel post b’total ta’ 187kg, segwita minn Kim Camilleri Lagana b’134kg. Iz-zewg atleti urew hila kbira kontra bosta aversarji.
Rylee Borg kiseb ukoll l-ewwel post, kif ukoll stabilixxa bosta rekords nazzjonali maltin fl-Open tal-irġiel, u refa’ it-total ta 250kg fil-kategorija 89kg.
Aaliyah Gatt kellha wirja impressjonati. Hija spiċċat fit-2 post b’total ta’ 136kg, Ir- refat ta Gatt kienu kollha rekords personali.
Grazzi kbira tmur lil SportMalta u lill-Kumitat Olimpiku Malti għall-appoġġ tagħhom.
L-aħħar kompetizzjoni tas-sena għall-Assoċjazzjoni Weightlifting issa tkun bil-Kampjonati Nazzjonali.