Salih Adam Suleimann ta’ 19-il sena weħel sena ħabs wara li wieġeb ħati li huwa pprova jaħrab minn Malta lejn l-Irlanda b’dokument falz.
Huwa ġie arrestat mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
L-Ispettur Karl Roberts mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni ppreżenta fil-Qorti id-dokument falz li kien qed jipprova jsiefer bih l-imputat liema dokument huwa replika ta’ karta tal-identità Spanjola.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li d-dokument falz sewa madwar €500.