Raġel ta’ 32 sena minn Tal-Pietà weħel €900 talli fit-28 ta’ Settembru tal-2008, fil-pussess tiegħu kellu tmien pilloli tal-ecstasy waqt il-party ‘Love Sexy’ fuq il-Fosos tal-Furjana.
Jingħad li waqt il-party ‘Love Sexy’ il-Pulizija ġieha suspett fir-raġel, arrestatu u sabet mad-€925 fi flus kontanti flimkien ma’ messaġġi li jista’ jkun li kienu marbuta ma’ bejgħ ta’ droga.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Waqt ix-xhieda tiegħu, ir-raġel sostna li ma kienx biegħ droga.
Hu żied jgħid li t-tmien pilloli kien ħadhom f’temp ta’ sagħtejn, erbgħa qabel il-party u erbgħa wara il-Love Sexy.