Salvatore Coco, qal li kienu żewġ Maltin li talbuh idaħħal id-droga f’Malta għal hlas ta’ €1,000.
Fil-karozza tiegħu nstabu madwar 32 kilo droga kannabis kif ukoll €42,000 fi flus kontanti.
Xehed ukoll l-Ispettur Kevin Pulis mill-Iskwadra ta’ Kontra d-droga quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri fejn sostna li daħlitlu informazzjoni li kien qed isir traffikar tad-droga. Kien hawn li ta istruzzjoni lill-pulizija biex għall-ħabta tas-14.00 isir rejd fi Triq San Vincenz fil-Ħamrun.
L-Ispettur Pulis kompla jgħid li fuq il-post il-Pulizija rat lil Aquilina ħiereġ minn ġol-garaxxijiet b’karozza fejn imbagħad saret tfittxija fihom. Kien hemmhekk li nstabet il-karozza bi pjanċi Taljan propjetà ta’ Salvatore Coco u anke Schembri li kien ħdejha.
L-Ispettur qal li nstabu żewġ basktijiet bil-flus u malli saret it-tfittxija nstabet id-droga tal-kannabis. It-Taljan qal li d-droga kienet tiegħu. L-Ispettur Pulis, waqt ix-xhieda, qali li Coco ried jagħti stqarrija li fiha qal li kien iltaqa’ maż-żewġ Maltin 20 jum qabel u ftiehem magħhom il-ftehim li jieħu €1,000 jekk idaħħal id-droga f’Malta.
Il-Maltin baqgħu b’fommhom sieket u ma wieġbux għall-mistoqsijiet