Il-President Franċiż Emmanuel Macron wiegħed żieda fil-paga minima u konċessjonijiet fit-taxxa bħala risposta għal ġimgħat sħaħ ta’ protesti vjolenti.
Il-pajjiż Franċiż esperjenza erba’ tmiem il-ġimgħa ta’ protesti vjolenti kontra żieda fit-taxx tal-fjuwil, spejjeż tal-ħajja u kwistjonijiet oħra.
F’indirizz televiżiv, Macron ikkundanna l-vjolenza iżda qal li r-rabja tad-dimostranti kienet profonda u leġittima.
Sostna li l-paga minima mistennija tgħola b’€100 kull xahar mill-2019.
Żieda ppjanata fit-taxxa għal pensjonanti bi dħul baxx se tkun ikkanċellata, ħlas ta’ overtime mhux se jibqa jkun intaxxat u min iħaddem se jkunu mħeġġa jagħtu bonus mhux taxxabbli lill-ħaddiema fi tmiem is-sena.