Partit Laburista fil-Gvern se jkun jassigura li l-ħidma li diġà saret mill-Gvern fin-negozju se tkompli tindirizza punti oħra li jeħtieġ li jingħataw aktar attenzjoni. Għan-negozji, l-Partit Laburista fil-Gvern se jkun qed jassigura:
- Aċċess għall-kreditu
- Pagamenti mill-Gvern fil-ħin
- Riforma fil-liġi tal-kera biex tipproteġi n-negozji
- Treshold tal-Gvern
- Skemi u programmi micro invest
Il-wegħdi spjegati:
AĊĊESS GĦALL-KREDITU
Gvern Laburista se jkun qed jassigura li n-negozji, partikolarment dawk ta’ daqs żgħir u medju, jkollhom aċċess ġust għal kreditu mill-banek kummerċjali
Għal dan l-iskop Gvern Laburista se jkun viġilanti u jixpruna inizjattivi, anke permezz tal-Bank tal-Iżvilupp, mal-banek kummercjali sabiex jiġi assigurat li dawn iżommu r-rwol tagħhom li jinċentivaw l-investiment għaqli, fil-parametri ta’ dak li jagħmel sens, biex ikun sostnut l-investiment min-negozji ż-żgħar u medji.
PAGAMENTI MILL-GVERN FIL-ĦIN
Il-Partit Laburista huwa konxju li ħafna min-negozji li jagħtu servizzi lill-Gvern u/jew entitajiet pubbliċi, jiffaċċjaw diffikultajiet minħabba li jdumu biex jitħallsu. Il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega li dan mhux sewwa u minkejja li hemm il-Late Payments Directive, dan jimpinġi finanzjarjament jew ifisser tnaqqir fil-profitti tagħhom minħabba dan id-dewmien.
Għalhekk, Gvern Ġdid kommess li jiffaċja din il-problema billi awtomatikament japplika l-late payment directive u r-rati tal-interess fuq pagamenti b’lura lil dawn il-kumpaniji Ikun hemm ukoll Key Performance Indicators importanti li d-dipartiment u/jew entità tkun trid tilħaq.
RIFORMA FIL-LIĠI TAL-KERA BIEX TIPPROTEĠI N-NEGOZJI
Gvern Laburista fil-Gvern se jkun qed jaġġorna l-liġi tal-kera bil-ħsieb li jagħti aktar saħħa legali lill-inkwilin li jopera ħanut Ir-riforma tkun sensittiva wkoll għan-numru ta’ snin li l-ħanut ikun ilu mikri kif ukoll għan-numru ta’ impjegati
TRESHOLD TAL-GVERN
Se tiġi aġġornata it-threshold biex negozji żgħar jikkwalifikaw bħala Tax Exempt mill-VAT Dan it-threshold ilu madwar 18-il sena ma jkun aġġornat. It-threshold ta’ €14,000 jitla’ għal €20,000.
Għalhekk, dawn in-negozji se: Jiffrankaw €1,080 Jgawdu minn nuqqas ta’ burokrazija billi ma jkollhomx bżonn aktar jibgħatu l-formoli tal-VAT
SKEMI U PROGRAMMI MICRO INVEST
Gvern Laburista fil-Gvern se jkun qed jestendi u jtejjeb l-iskemi u programmi Micro Invest billi tiżdied l-valur tal-assistenza:
Minn €30,000 għal €50,000 għal intrapriżi ibbażati Malta
Għal €70,000 għal negozji bbażati f’Għawdex
Għal €70,000 għal negozji b’maġġoranza ta’ isħma f’isem in-nisa jew self employed mara
Din l-iskema tinfetaħ ukoll għal negozji li jimpjegaw mhux aktar minn 50 fulltime (flok 30). Filwaqt li jiġu estiżi l-iskemi B.Start