“Iż-żmien ta’ irtirar għandu jkun żmien li inti tieħu gost tgawdi- inti ħdimt iebes u b’hekk igwadanjat id-dritt li tgħix u tgawdi minn kwalità ta’ ħajja diċenti”.
Qal dan il-Mexxej Laburista Joseph Muscat fejn qal li l-pensjonijiet għandhom ikunu ġusti u adatatti biex il-ħaddiema li ddedikaw irwieħhom għal pajjiż jiġu ippremjat.
“Se nkomplu naħdmu fuq ix-xogħol preċedenti u intejjbu l-ħajja tal-pensjonanti”.
Gvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat se japplika wkoll il-ftehim dwar il-paga minima għal iskema tal-pensjoni, fejn ser iżid il-pensjonijiet bi €8 fil-ġimgħa b’madwar €500 fis-sena.
Din il-miżura se tiggarantixxi nwettqu dak li wegħdna; li l-pensjoni nazzjonali minima gradwalment tilħaq is-60% tal-medja tad-dħul nazzjonali. 91,250 persuna se jibbenefikaw bi spiża ta’ €17 –il miljun fl-ewwel sena.