“Mill-ewwel jum, ser nibdew naħdmu fuq pjan ambizzjuz fejn jiġu rranġati t-toroq kollha f’Malta u f’Għawdex. Dan il-pajn huwa mqassam fuq 7 snin u għandu jwassal biex it-toroq jirrifletti l-pajjiż modern li rnexxielna noħolqu. Mill-kosta l’ġewwa ser inkunu qed nibnu infrastruttura moderna għall-Malta moderna”.
Qal dan Joseph Muscat meta tkellem dwar il-proposti ewlenin tal-Partit Laburista.
Gvern ġdid imexxi minn Joseph Muscat ser iwettaq dan il-pjan b’mod effiċjenti u responsabbli billi jwiegħed l-ikbar investiment fit-toroq fl-istorja tagħna. Il-Kunsilli Lokali mhux se jitnaqqsilhom fondi imma r-responsabiltà tat-toroq tgħaddi għand il-Gvern.
Dan il-programm, b’valur ta’ €700 miljun se jkun iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea, mill-Malta’s Development Bank u mill-flus li nġabru mill-programm ta’ ċittadinanza b’investiment kif ukoll permez zta’ strumenti finanzjarji oħra. Aġenzija apposta ser tkun qed titwaqqaf biex tibni u żżomm it-toroq fi stat tajjeb.