“Gvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat, tul din il-leġislatura ser ikun qed jagħti lura lill-ħaddiema gradwalment dawk il-btajjel pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa”.
Il-Prim Minsitru u Mexxej Laburista qal li s-suċċess ekonomiku għandu jwassal għal ekonomija li taħdem direttament għall-individwu u għall-familja tiegħu. Spjega li qed nitkellmu dwar medja ta’ bejn erba’ u ħamest’ijiem fis-sena.
Fl-istess waqt il-Gvern se jkun qed jitkellem ma’ min iħaddem għal miżuri dwar telf fil-kompetittività. Spjega li ekonomija b’saħħitha ma tfisser xejn jekk ma nkunux nistgħu nagħtu ħin lura lill-familji li dawn jistgħu iqattgħu mal-għeżież tagħhom.
Spjega li ser isiru diskussjonijiet mal-istakeholders ewlenin inkluż min iħaddem u l-Unions dwar jekk dawn il-btajjel pubbliċi ikunux miżjuda mal-leave annwali tal-ħaddiema jew inkella jekk jingħatawx bħala btala pubblika it-Tnejn ta’ wara l-weekend li fih ikun hemm il-festa.