Rifużjoni tat-taxxa
Meta l-Prim Minsitru spjega l-ħames wegħdi ewlenin tal-Partit Laburista jekk jerġa’ jkun fil-Gvern, spjega li l-pajjiż iċċelebra surplus fl-ekonomija. Għalhekk issa huwa ż-żmien li l-poplu jkun ippremjat għall-ekonomija b’saħħitha li nbniet bħala ħidma kollettiva. Kull persuna ikkontribwixxiet, spjega Joseph Muscat, u għalhekk issa dan is-surplus għandu jintuża b’mod li huwa prudenti u ġust.
Gvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat se jkompli jnaqqas it-taxxa, filwaqt li jmexxi l-eknomija ‘l quddiem. Se tingħata l-ikbar rifużjoni ta’ taxxa fl-istorja ta’ pajjiżna fejn qed jintlaqtu mal-19,000 tax payer bi spiża ta’ €46.5 miljun. Kull min qed jaqla inqas minn €60,000 se jibbenifika min tax refund ta’ bejn €200-340 għal kull persuna li taħdem f’familja.
Dan se jkun tnaqqis fit-taxxa b’kunċett ġdid fejn dawk li jaqilgħu l-inqas huma dawk li ser jingħataw l-ikbar ammont ta’ refund. Anke dawk li ma jaqilgħux biżżejjed biex iħallsu taxxa se jikwalifikaw għax tax refund. Din se tassigura li nkunu qed ngħinu lil dawk li ħaqqhom, filwaqt li ngħinu l-ekonomija tal-pajjiż tkompli tikber. Dan it-tnaqqis fit-taxxa se jsaħħaħ u jkabbar il-middle class li ħloqna lkoll flimkien u se jżid l-opportunitajiet għal mobiltà soċjali.
Part time
Il-Prim Minsitru irrikonoxxa li x-xogħol part-time huwa xogħol li tagħmel għalik u għall-ġid tal-familja.
Gvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat se jkompli fuq ix-xogħol li beda billi jippremja l-bżulija. Għaldaqstant, għal dawk li qegħdin f’impjieg full time u jagħmlu part-time job extra jew xogħol self-employed, ser innaqqsu taxxa fuq id-dħul minn 15% għal 10% biex inti tkun tista tgawdi l-frott li qlajt bi bżulija. Din il-miżura se tiswa €3.8 miljun u se tolqot 28,521 persuna.
Studenti
Il-Prim Ministru qal li minn jiggrawda f’livell ta’ Masters jew PHD se jkollu massimu ta’ sentejn eżenzjoni mill-income tax. Jekk student iġib Masters, se jkollu l-ewwel sena eżenti mill-ħlas tal-income tax, u jekk iġib PHD, għandu sentejn mingħajr ma jħallas taxxa.