Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-kandidati Silvio Parnis u Rosianne Cutajar dalgħodu spjegaw il-ħafna miżuri li twettqu biex jgħinu familji Maltin u Għadxin, u dak li Partit Laburista fil-Gvern lest iwettaq jekk jingħata fiduċja.
Dawn l-aħħar erba’ snin, il-piżijiet minn fuq il-familji naqsu billi raħsu l-kontijiet, naqsu t-taxxi, daħlu beneriċji ġodda bħaċ-childcare b’xejn.
PROPJETÀ TAL-FAMILJI
Gvern ġdid Laburista jneħħu għal kollox it-taxxa minn fuq donazzjonijiet ta’ djar residenzjali li ġenituri jagħmlu lil uliedhom.
Għall-familji li jridu jbiddlu l-propjetà tagħhom, jkunu estiżi l-benefiċċji li ngħataw lill-first time buyers. B’hekk, familja tiffranka sa €5,250.
Tingħata għajnuna lil koppji li jsibu diffikultà jixtru propjetà, u jingħataw garanziji fuq min isib diffikultà jfaddal id-depożitu nnizjali. Il-Gvern jidħol mal-banek privati biex joħorġu social loans. Jitwaqqfu Property ISAs – kontijiet bankarji bla taxxa fuq l-imgħax.
FAMILY FRIENDLY MEASURES
Ikompli jissaħħaħ is-servizz taċ-childcare, billi jkun provdut f’ħinijiet itwal, f’aktar postijiet u jkun irfinat ħalli ma jippenalizzax lill-ġenituri f’każijiet ġenwini ta’ mard.
Jingħatarw lura l-festi pubbliċi li jaqgħu fil-weekend.
Jidħol il-kunċett ta’ family leave, flimkien mall-possibilità Ii s-sick leave jiġi utilizzat għall- mard tal-ulied.
GĦAJNUNA LILL-ĠENITURI
Tingħata għajnuna ta’ €10,000 lil dawk li jaddottaw, kif ukoll rebate għal travel expenses. Kull omm tirċievi Child Bonus ta’ €300, flimkien ma’ baby starter kit.
JONQSU L-ISPEJJEŻ TAL-EDUKAZZJONI
Isir t-trasport pubbliku b’xejn għat-tfal u studenti kollha.
Ġenituri ta’ studenti Għawdxin jingħataw tax deduction sa €5,000 għal spejjeż ta’ trasport u kera.
GĦAJNUNA GĦALL-FAMILJI LI JFADDLU
Familja fejn il-ġenituri jfaddlu sa €2,000 f’pensjoni, igawdu minn tax credit sa’ €300 kull wieħed.
Familja se tkun tista tfaddal f’isem l-ulied sa massimu ta’ €2,000, b’tax credit ta’ €300.
Jiffrankaw massimu ta’ €600 jew 15% ta’ dak li ikunu qed ifaddlu.
Għal kull €100 li familja tfaddal, l- Gvern ser jaghti lura €15.
TITJIB FIL-PAGA MINIMA U LIVING INCOME
Titwaqqaf Low Wage Commission, kif maqbul mal- imsieħba soċjali, biex kull erba’ snin, tirrakkomanda żieda fil-paga minima fuq bażi ta’ mekkaniżmu maqbul.
Jibda jsir studju nistudjaw ukoll il-possibbiltà tal-introduzzjoni ta’ living income bażiku. Il-ħsieb ikun li kumpaniji li jaddottawha jingħataw inċentivi fiskali
Jingħata nifs ġdid lil faxex vulnerabbli
NAĦSBU F’KULĦADD
Il-bonus għall-għoli tal-ħajja jibda jitħallas sħiħ inkluż lil dawk li saru pensjonanti wara l-2008.
Titnaqqas ir-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għal waħda prorata u mhux aktar kontribuzzjoni sħiħa għall-pensjonanti ta’ anqas minn 65 sena u li jibqgħu jagħmlu xogħol għal rashom.
Jitjiebu wkoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jinsabu fil-Community Work Scheme billi nżidu r-rata tal-ħlas tagħhom b’ewro €200 fix-xahar.
Tkun emendata l-liġi sabiex ħaddiema Maltin li kienu jaħdmu l-Libja u llum irtiraw jingħataw iċ-ċans li jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tal-bolol tagħhom u b’hekk itejbu l-pensjoni tagħhom.
INĠUSTIZZJI
Jitniedna programm biex dawk li sofrew inġustizzja ser ikunu qegħdin jingħataw l-opportunità li japplikaw formalment bil-ħsieb li sal-aħħar tal-2017, parti mill- inġustizzja tkun indirizzata. Dawn jinkludu l-ħaddiema tal-korpi, eks Ħaddiema tax- Xatt, Telemalta, Electricity Board, Cable & Wireless, il- Pulizija tal-ħlas tal-Overtime, fost oħrajn.
Il-Prim Ministru fakkar li filwaqt li Partit Laburista għandu dawn il-miżuri pjanati, il-Partit Nazzjonalista għadu ma ħariġx bil-manifest elettorali tiegħu, meta fadal biss għaxart’ijiem.
Il-proposti tal-Partit Laburista huma magħmluha f’mod pjanat, biex ma jkunux ta’ piż imma jkattru l-ekonomija ta’ pajjiżna.