Wara li Gvern Laburista poġġa fiċ-ċentru tiegħu l-Edukazzjoni, fil-ħames snin li ġejjin qed iwiegħed li se jkompli jwettaq aktar proposti biex l-edukazzjoni għolja tkompli mixja ‘l quddiem. Wegħdi li se jkunu qed igawdu minnhom l-istudenti. Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat flimkien mal-Ministru Evarist Bartolo u l-kandidata Nikita Zammit Alamango taw elenku tal-viżjoni tal-Partit Laburista għal dan is-settur.
Il-Prim Ministru tenna li r-riżultati fil-qasam tal-edukazzjoni x-xogħol ma ġewx b’kumbinazzjoni iżda ġew b’ħidma bla heda biex llum għandna rekord fin-numru ta’ nies li jaħdmu, l-inqas rata ta’ qgħad u edukazzjoni li qed tipprepara l-istudenti għad-dinja tax-xogħol.
Il-Mexxej Laburista għamel referenza għal dak li sar filwaqt li spjega fid-dettall dak li se jkun qed isir biex l-istudenti jkollhom esperjenza edukattiva aqwa. Huwa spjega kif l-ewwel problema li sab wara amministrazzjoni preċedenti kienet li l-Università ma kelliex biex tħallas il-pagi ta’ Marzu u għalhekk Gvern Laburista irdoppja l-flus għall-Università biex toffri edukazzjoni għolja tal-aqwa livell.
B’referenza għall-MCAST, Joseph Muscat qal li l-konferenza tal-aħbarijiet saret f’din l-istituzzjoni għaliex Gvern Laburisa ma jaqbilx ma min jagħti grad l-istituzzjonijiet iżda se jkompli jaħdem biex istituzzjonijiet bħall-MCAST jibqħu tal-ogħla livell.
Iżda Gvern Laburista taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat mhux biss investa fl-istituzzjonijiet edukattivi iżda investa fl-istudent, dan b’referenza għall-istipendju li taħt din l-amministrazzjoni beda jingħata ukoll lil dawk l-istudenti li jirrepetu sena, miżura li fi kliem il-Mexxej Laburista kellha effett straordinarja għaliex dawn l-istudenti ma kienux se jkompli l-istudji li kieku ma ngħatawx dan l-istipendju.
INKOMPLU NIBNU FUQ IT-TAJJEB
Dawk l-istudenti tal-Form 5 li ma jpoġġux għas-SEC jingħataw l-opportunità li jsegwu programmi ta’ tagħlim alternattiv vokazzjonali u applikat bl-involviment ta’ Aġenzija Żgħażagħ
MCAST
Jitlesti l-Kampus tal-MCAST
Gvern laburista jagħmel mill-MCAST istituzzjoni edukattiva li tfassal programmi b’kontenut eqreb ta’ dak li tirrikjedi lindustrija
Jitwaqqaf Ċentru tar-Riċerka Applikata flimkien ma’ sħab fl-industrija lokali u internazzjonali
Tkompli l-ħidma biex l-MCAST jattira lejh studenti internazzjonali bil-ħsieb li nsiru ċentru vokazzjonali fil-Mediterran
Jiġi ffurmat il-kors akkademiku Marittimu bil-ħsieb li nattiraw aktar studenti ġodda
Ħolqien ta’ kors apposta għall-amministrazzjoni ta’ għaqdiet volontarji u l-immaniġġjar tal-volontiera nfushom
UNIVERSITÀ TA’ MALTA
Jiġi ddedikat fond ta’ €1M biex l-akkademiċi fl-Università ikollhom il-fondi neċessarji għal proġetti ta’ riċerka innovattiva
Issir ħidma fuq policy nazzjonali ta’ aċċess miftuħ għar-riċerka
Jinħoloq fond bil-għan li jinħolqu research and innovation clusters li jirriċerkaw fl-oqsma ta’ public policy, patents, għodda diġitali u anke aspetti kummerċjali u soċjali
Tingħata spinta lir-riċerka u l-iżvilupp ta’ għodda diġitali innovattivi għall-użu tal-lingwa Maltija bħal ċekkjatur
Jinbeda l-proġett tal-parkeġġ fl-Università
Gvern Laburista jixpruna l-Universita’ ta’ Malta biex tikkunsidra l-potenzjal ta’ twinning ma’ università barranija għall-ħolqien ta’ korsijiet veterinarji
STUDENTI ŻGĦAŻAGĦ F’DINJA TA’ OPPORTUNITAJIET
Internet b’xejn għal sena sħiħa lill-istudenti li jagħżlu jkompli jistudjaw wara s-sekondarja
Trasport pubbliku b’xejn lill-istudenti is-sena kollha Żieda fl-annual grant ta’ €100 lill-istudenti kollha
Massimu ta’ €850 lil kull żagħżugħ u żagħżugħa biex jitgħallmu lingwa barranija f’pajjiż ieħor Study leave għall-istudenti li jkunu qegħdin jaħdmu full-time u fl-istess ħin ikunu qegħdin jagħmlu kors akkademiku fil-livell ta’ Master’s u PhD
Studenti apprentisti jitħallsu tal-anqas il-paga minima għall-perjodu li huma jkunu qed jagħmlu l-apprentistat
Strateġija biex pajjiżna jsir hub internazzjonali tal-online learning