Raġel li nstab ħati li bi traskuraġni fis-sewqan ikkaġuna feriti gravi fuq persuna ingħata multa ta’ €800 u kellu l-liċenzja sospiża għal tmint t’ijiem.
Il-każ imur lura għal Novembru 2013 meta seħħ inċident fis-Swieqi. Is-sewwieq spjega kif kien qed jidlam meta kien qed isuq u ġie biex joħroġ minn triq fejn hemm dik magħrufa bħala ‘blind corner.’
Qal li ma ra lil ħadd iżda kif ħareġ sema’ xi ħaġa u waqaf. Żied li kellu xokk kbir fuqu l-iktar meta nduna li kien jaf lill-persuna li laqat. Wara li semgħet ix-xhieda l-qorti tat piż lejn il-fatt li l-akkużat kien jaf sew iż-żona fejn seħħ l-inċident u għalhekk huwa evidenti li l-inċident seħħ għax ma ħarisx kemm u kif suppost.