L-għaqda mhux governattiva Soċjetà Nazzjonali tal-Ġenituri ta’ Persuni b’Diżabilità għadha kemm nediet websajt ġdida – servizzidizabilita.org.mt – li toffri aċċess u informazzjoni dwar 117-il entità u 318-il servizz offruti fil-qasam.
Il-websajt, li ġiet iddisinjata u sponsorjata mill-Healtcare Logistics Ltd, b’appoġġ mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Organizzazzjonijiet Volontarji, tista’ tinftiehem minn kulħadd.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minbarra li hi bilingwali, bil-Malti u l-Ingliż, persuna tista’ tfittex għal istituzzjoni jew servizz partikolari anke permezz ta’ keywords.