Olanda 8-7 Malta
(2-4) (3-1) (2-1) (1-1)
It-team nazzjonali malti tal-waterpolo U19 tilef l-aħħar logħba tiegħu minn Grupp A tal-Kampjonat Ewropew li qed isir il-Montenegro. Minkejja wirja oħra kbira miż-żgħażagħ maltin, it-team malti safa’ megħlub mill-Olanda bl-iskor ta’ 8-7.
Il-maltin bdew tajjeb ħafna din il-logħba u ħarġu għall-kollox fuq l-attakk.
Huma ħasdu lill-avversarji olandiżi meta rebħu l-ewwel sessjoni 4-2.
It-team olandiż irreaġixxa fit-tieni sessjoni meta b’rebħa ta’ 3-1.
Kumbattuta it-tielet sessjoni li rat lill-olandiżi jirbħu bi skor ristrett ta’ 2-1.
Deċiżiva l-aħħar sessjoni li għal darb’oħra kienet waħda bilanċjata tant li spiċċat fi draw ta’ 1-1. Draw li sfortunatament ma kienx biżżejjed ghat-team malti biex idawwar ir-riżultat favur tiegħu.
L-aħjar skorer għal Malta kien Matthew Mifsud bi tliet goals. Huwa kien segwiet minn Alec Fenech li skorja dopjetta filwaqt li Jayden Cutajar u Sam Gialanze skorjaw goal kull wieħed.
F’logħba oħra llum mill-istess grupp, Spanja għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor kbir ta’ 23-5. B’hekk Malta spiċċat fit-tielet post ta’ Grupp A wara Spanja u Olanda rispettivament. Ir-Repubblika Ċeka spiċċaw ir-raba’.
It-team malti immexxi mill-kowċ Anthony Farrugia issa jilgħab il-logħob tal-klassifikazzjoni finali.