It-team nazzjonali malti tal-waterpolo U17 rebaħ ukoll l-aħħar logġba tiegħu mill-Kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew meta l-Ħadd filgħodu fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq għeleb lill-Gran Brittanja bl-iskor ta’ 15-5.
B’hekk Malta rebħet l-erba’ logħviet minn din il-kwalifikazzjoni. Team malti li diġa kien moħħu mistrieħ mill-istess kwalifikazzjoni.
It-tam malti rebaħ is-sessjonijiet kol;ha bi skors ta’ 3-1, 3-0, 5-3 u 4-1.
L-aqwa skorer għal Mlata kien Jayden Cassar b’erba’ gowls.
L-appuntament li jmiss issa jkun fil-finali tal-Kampjonat Ewropew li se jsir f’Ġunju li ġej.