It-team nazzjonali malti U16 sofra telfa ta’ 8-4 kontra l-Greċja fl-aħħar logħba tiegħu minn Grupp H tal-Kampjonat tad-Dinja fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq. Wara rebħa kontra l-Kazakhstan u telfa kontra r-Rumanija, dik tal-lum kienet l-iktar logħba diffiċli għall-plejers maltin kontra t-team b’saħħtu grieg. Minkejja dan il-plejers tagħna kellhom prestazzjoni pożittiva u li tmlijhom bil-kuraġġ għall-fażi li jmiss, dik ta’ klassifikazzjoni.
L-avversarji rebħu l-ewwel sessjoni 2-0 filwaqt li rebħu wkoll it-tieni u t-tielet sessjoni bi skors ta’ 2-1. L-aħħar sessjoni spiċċat fi draw ta’ 2-2.
Il-goals tal-maltin waslu minn dopjetta ta’ Sam Engerer u goal kull wieħed għal Thomas Fenech u Andre’ Aquilina.
Malta b’hekk temmet grupp H fit-tielet post u issa tibda tilgħab il-logħob ta’ klassifikazzjoni bejn is-17 u t-32 post.
(Photo Credit: Timmy Cutugno)