Meta l-erbgħa filgħaxija intemmet il-fażi preliminari tal-kampjonat tas-sajf tal-Waterpolo, spikka l-konfront bejn San Ġiljan JP Projects Sliema Frank Salt li ntrebaħ mill-ġiljaniżi 11-9.
Kienet logħba missielta li rat lil San Ġiljan jibdew tajjeb u jirbħu l-ewwel sessjoni 4-1. It-tieni sessjoni kienet aktar missielta, b’San Ġiljan jirbhu 5-4. Draw ta’ 1-1 fit-tielet sessjoni, filwaqt li l-aħħar sessjoni intrebħet minn Sliema 3-1, li pero ma kienx biżżejjed biex idawru r-riżultat.
Loghba li f’xi mumenti kienet taħraq tant li ġew fouled out diversi plejers miż-żewġ nħhat. L-aħjar skorer kien Nikolai Zammit b’erba’ goals.
F’logħbiet oħra Sirens Mecca Marine għelbu lil Birżebbuġa Freeport 7-5 filwaqt li Marsaxlokk Brown’s rebħu lil Barracudas 12-7.
Klassifika Finali tal-Fazi Prelimninari
Grupp A
Neptunes 15-il punt
Sirens 12-il punt
Birżebbuġa 9 punti
Valletta 6 punti
Ta’ Xbiex 3 punti
Otters 0 punti
Grupp B
San Ġiljan 15-il punt
Sliema 12-il punt
Exiles 9 punti
Marsaskala 6 punti
Marsaxlokk 3 punti
Barracudas 0 punti
(L-ewwel tliet timijiet minn kull grupp jilgħabu fil-Kampjonat Premier filwaqt li t-timijiet l-oħrajn jilgħbu fl-ewwel diviżjoni)