It-team nazzjonali malti tal-Waterpolo tal-Irġiel safa’ megħlub mill-Ġermanja 15-10 fit-tieni logħba ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat tal-ewropa fil_Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq. B’dan ir-riżultat il-Ġermanja ikkwalifikat għall-fażi finali, filwaqt li l-maltin jisperaw li jispiċċaw fost l-aħjar tliet pajjiżi li jikklasifikaw fit-tieni post.
Il-ġermani’i bdew bir-rebħ tal-ewwel żewġ sessjonijiet rispettivament 3-2 u 4-2. Il-maltin irreaġixxew fit-tielet sessjoni b’rebħa ta’ 3-2. Iżda l-Ġermanja iddominaw l-aħħar sessjoni meta rebħu bl-iskor ta’ 6-3.
Il-goals tal-maltin waslu minn hat-trick ta’ Zach Muscat u dopjetta ta’ Liam Galea. Skurjaw goal kull wieħed il-plejers Nicholas Bugelli, Jayden Cutajar, James Gambin, Nikolai Zammit u Jeremy Abela.
It-team malti jerġa’ jkun fl-azzjoni fl-aħħar logħba l-Ħadd filgħodu fid-9:00 kontra l-Bulgarija.