Sliema Frank Salt rebħu l-ewwel unur tal-istaġun il-ġdid tal-waterpolo lokali meta fil-finali għall-Enemed Cup huma għelbu lil San Ġiljan JP Projects bl-iskor ta’ 16-9.
Għal Sliema din kienet it-tielet darba li rebħu dan l-unur.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sliema kellhom wirja tajba tant li rebħu s-sessjonijiet kollha, rispettivament 4-2, 3-0, 5-4 u 4-3.
Fi tmiem il-finali saret il-preżentazzjoni tat-tazza Enemed miċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Enemed Kevin Chircop flimkien mal-President tal-ASA Karl Izzo lill-captain ta’ Sliema John Brownrigg.