Sirens huma ċ-champions tal-kampjonat BOV tal-waterpolo tan-nisa.
Sirens serrħu moħħhom mit-titlu wara li għelbu lill-eqreb rivali Sliema fl-aħħar logħba tal-istaġun biex b’hekk tellgħu vantaġġ ta’ 6 punti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għal Sirens dan kien ir-raba’ kampjonat konsekuttiv biex b’hekk komplew juru l-qawwa tagħhom fil-waterpolo tan-nisa.
Ernest Agius, Chief Operations Officer tal-Bank of Valletta flimkien ma’ Randolph Cauchi, Viċi President tal-ASA Malta ippreżentaw it-tazza lir-rebbieħa.
