San Ġiljan rebħu l-ewwel unur tal-istaġun tas-sajf tal-Waterpolo, it-Tazza tal-President, meta t-Tlieta filgħaxija fil-Pixixna Nazzjonali tal-Qroqq gġelbu lil Neptunes bl-iskor ta’ 12-9.
Il-ġiljaniżi issiġillaw ir-rebħa fl-aħħar żewġ sessjonijiet hekk kif sal-interval kienu 6-5 minn taħt.
L-ewwel sessjoni intemmet fi draw ta’ 2-2 filwaqt li Neptiunes rebħu t-tieni sessjoni 4-3. Neptunes rebħu l-aħħar żewġ sessjonijiet ripettivament 4-2 u 3-1.
Aaron Younger u Jake Bonavia kienu l-aħjar skorers għal San Ġiljan bi tliet goals kull wieħed.
Fi tmiem il-logħba saret il-preżentazzjoni tat-tazza mill-president tal-ASA Karl Izzo lill-captain ta’ San Ġiljan Matthew Zammit.