San Giljan rebħu n-Knockout tal-BOV Water Polo tad-diviżjoni Premier għar-raba’ sena konsekuttiva u wkoll għat-tmien darba fl-aħħar 9 edizzjonijiet.
San Giljan għelbu lil Sliema bl-iskor ta’ 12-9 fil-finali biex għollew it-trofew mixtieq.
San Ġiljan rebħu l-ewwel żewġ sessjonijiet rispettivament 5-3 u 3-2. Sliema rebħu t-tielet sessjoni 3-1 filwaqt li l-ġiljaniżi għalqu l-aħħar sessjoni b’rebħa ta’ 3-1.
Ernest Agius, Chief Operations Officer fi ħdan il-Bank of Valletta u Karl Izzo, President tal-Assoċjazzjoni tal-iSport Akkwatiku ta’ Malta ppreżentaw it-trofew tan-Knockout tal-BOV Water Polo fid-diviżjoni Premier lil San Giljan.